People's Food and Farming Alliance Malta & People's Health Alliance Malta
Fuljett – Edizzjoni Lulju 2024
17 ta’ Lulju, 2024
L-ewwel fuljett tagħna, aġġornamenti u informazzjoni importanti. Il-parteċipazzjoni attiva` tagħkom hija importanti ħafna għas-suċċess kollettiv tagħna.
- Ferrex il- kelma fuq il- Midja Soċjali:
Il-komunita`
għandha bżonn l-għajnuna tiegħek! Jekk jogħġbok,għinna billi tuża il-midja
soċjali biex ixxerred il-ħoloq miktubin hawn taħt. B’dan il-mod tkun qed iżżid il-popolarita` tal-PFFA u l-PHA.
- Facebook:
PFFA(https://www.facebook.com/thepffa.malta)
PHA (https://www.facebook.com/thepha.malta) - Instagram:
PFFA (https://www.instagram.com/thepffa.malta) (@thepffa.malta)
PHA (https://www.instagram.com/thepha.malta) (@thepha.malta) - Hashtags:
PFFA:#buyfreshbuylocalgetinvolved
PHA: #takecontrolofyourhealth - X’għandek ixxerred: Avvenimenti, artikli, stejjer ta’ success, u informazzjoni relatata. Żid din l-informazzjoni fis-sit tal-PFFA u l-PHA. Għandek issib sezzjoni bit-titlu “Events”.
2. Opportunitajiet: Laqgħat mal-ministri u awtoritajiet.
- Qegħdin nagħmlu laqgħat important mal-Ministeru tal-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal- Annimali, mal-Awtorita` Maltija tat- Turiżmu, kif ukoll ma’ Malcolm Borg, kap taċ-Ċentru għall-Agrikoltura fl-Mcast. Għandna aktar laqgħat ppjanati fosthom mall-Aġenzija tal-Ikel Malti.
- Opportunitajiet għalik: Kollaborazzjonijiet li joffrulek opportunitajiet bi ħlas għall-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek. Aktar dettalji jingħataw aktar ‘il quddiem. Dan huwa ċans tajjeb għalik biex tagħmel impatt fuq il-komunita` waqt li takkwista benefiċji finanzjarji.
- X’għandek tagħmel: Aġġorna d-dettalji tal-kuntatti tiegħek fid- direttorju li issib fuq is-sit tal-PFFA u tal-PHA u jekk hemm bżonn tagħmel xi tibdil fid-dettalji tiegħek tista` tikteb ittre.
3. It- tnedija tal-PFFA u l-PHA ġewwa Għawdex
Nhar il- Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, b’suċċess introduċejna l-inizjattivi tagħna ġewwa Għawdex. Għal dan l-avveniment attendew numru ta’ bdiewa, prattikanti u nies interessati bħalna, fosthom membri li diġa qegħdin fid-direttorju tagħna.
Il-ko-fondaturi u l-mexxejja tal-kumitatti tkellmu dwar l-għan tal-PFFA u l-PHA. Waqt din id-diskussjoni huma tkellmu dwar l-opportunitajiet u t-tama li naraw fil- futur f’Malta u f’Għawdex
4. Għajta għall- volontiera
Qegħdin infittxu
voluntiera biex jagħtu l-għajnuna f’dawn ix-xogħlijiet:
· Jintroduċu
d-direttorju tal-PFFA u l-PHA mal-bdiewa, produtturi lokali u prattikanti
tal-kura tas-saħħa.
· Konsulent
legali Qed infittxu
voluntiera biex jagħtu l-għajnuna għall-PFFA f’dawn ix-xogħlijiet:
· Tradutturi
tal-Malti biex issir komunikazzjoni mal-bdiewa kemm b’mod verbali kif ukoll
bil-kitba.
· Membri
biex jagħtu ideat u għajnuna fi proġetti marbutin ma’ edukazzjoni dwar
l-ikel. Barra minn hekk jgħinu
fl-organizzazjoni ta’ kompetizzjonijiet u attivitajiet oħra.
Qed infittxu voluntiera għall-grupp tal-bdiewa, “Għaqda Bdiewa Attivi” biex jagħtu l-għajnuna f’dawn ix-xogħlijiet:
· Avukat/Nutar/Kelliema
għall-kumitat ta’ bdiewa. Hawn xi ħadd
li jista jgħinna biex insibu dawn il-voluntiera? Jekk tafu lil xi ħadd ikkuntatjawna.
X’għażilna għal
dan ix-xahar? Id-Dulliegħ
F’Malta jkollna
ħafna dulliegħ fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu.
Ħafna dulliegħ li
ma jinxtarax mill-pitkalija, jispiċċa kollu kompost!
Qegħdin immexxu
kampanja fejn nispjegaw il-benfiċċji tas-saħħa ta’ diversi prodotti lokali, u
noffru riċetti fuq il-midja soċjali biex innaqsu din il-ħela ta’ dawn
il-prodotti.
Wasal iż-żmien li
nagħmlu għażliet għaqlin.
Aħjar għas-saħħa,
aħjar għan-natura, aħjar għal Malta u għal Għawdex.